10.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tal-11 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – COBRA SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico
(Kawża C-192/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 1999/5/KE - Rikonoxxenza reċiproka tal-konformità tat-tagħmir tar-radju u tat-tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjoni - Eżistenza ta’ standards armonizzati - Neċessità għal manifattur li japplika għand organu nnotifikat - Twaħħil tan-numru ta’ identifikazzjoni ta’ organu nnotifikat))
(2018/C 319/12)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: COBRA SpA
Konvenut: Ministero dello Sviluppo economico
Dispożittiv
1)
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li manifattur ta’ tagħmir tar-radju, meta japplika l-proċedura prevista fit-tieni paragrafu tal-Anness III tal-imsemmija direttiva u juża standards armonizzati sabiex jiddefinixxi s-sensiliet ta’ testijiet imsemmija f’dan is-subparagrafu, ma huwiex obbligat li jirrikorri għal organu nnotifikat kif imsemmi fl-Artikolu 11(1) tal-istess direttiva u, għaldaqstant, ma huwiex obbligat li jżid mal-marka “CE” n-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan l-organu.
2)
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 1999/5, kif emendat bir-Regolament Nru 596/2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-manifattur ta’ tagħmir tar-radju, li jkun applika l-proċedura msemmija fl-Anness III tal-imsemmija direttiva billi jirrikorri għal standards armonizzati li jiddefinixxu s-sensiliet ta’ testijiet essenzjali tar-radju li għandhom jitwettqu, ma huwiex marbut li jżid, mal-marka “CE”, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ organu nnotifikat li jkun ikkonsulta volontarjament mingħajr ma kien obbligat sabiex jikkonferma l-lista tas-sensiliet ta’ testijiet essenzjali tar-radju li jinsabu fl-imsemmija standards armonizzati.
(1) ĠU C 231, 17.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy