25.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2019 – Georgios Pandalis vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), LR Health & Beauty Systems GmbH
(Kawża C-194/17 P) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 51(1)(a) u (2) u Artikolu 75 - Trade mark tal-Unjoni Ewropea Cystus - Suppliment tal-ikel mhux għal skopijiet mediċi - Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark - Perċezzjoni tal-kelma “cystus” bħala indikazzjoni deskrittiva tal-ingredjent prinċipali tal-prodotti kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni))
(2019/C 112/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Georgios Pandalis (rappreżentant: A. Franke, Rechtsanwältin)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: S. Hanne u D. Walicka, aġenti), LR Health & Beauty Systems GmbH (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, Rechtsanwälte)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Georgios Pandalis huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 300, 11.9.2017.