17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-205/17) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ġbir u trattament ta’ ilma urban mormi - Direttiva 91/271/KEE - Artikoli 3 u 4 - Sentenza tal-Qorti li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260(2) TUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Pagamenti ta’ penalità u somma f’daqqa))
(2018/C 328/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u E. Sanfrutos Cano, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Gavela Llopis, aġent)
Dispożittiv
1)
Ir-Renju ta’ Spanja, meta ma ħax il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-14 ta’ April 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-343/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:260), naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260 (1) TFUE.
2)
Fil-każ li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ikkonstatat fil-punt 1 jippersisti sal-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza, ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat li jħallas lill-Kummissjoni Ewropea pagamenti ta’ penalità ta’ ammont ta’ EUR 10 950 000 għal kull semestru ta’ dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-14 ta’ April 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-343/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:260), sa mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza u sal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza tal-14 ta’ April 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-343/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:260), li l-ammont effettiv tagħhom għandu jiġi kkalkulat fi tmiem kull perijodu ta’ sitt xhur billi jitnaqqas l-ammont totali għal kull wieħed minn dawn il-perijodi b’perċentwali li jikkorrispondi għall-proporzjon li jirrappreżenta n-numru ekwivalenti ta’ abitanti ta’ agglomerazzjonijiet li s-sistemi ta’ ġbir u/jew ta’ trattament ta’ ilma urban mormi tagħhom kienu ġew konformi mas-sentenza tal-14 ta’ April 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-343/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:260), fi tmiem il-perijodu kkunsidrat, meta mqabbel man-numru ta’ abitanti ekwivalenti ta’ agglomerazzjonijiet li ma għandhomx tali sistemi fil-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza.
3)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat li jħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ ammont ta’ EUR 12-il miljun.
4)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 195, 19.6.2017.
Full & Egal Universal Law Academy