17.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 455/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria di primo grado di Bolzano – l-Italja) – Rotho Blaas Srl vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli
(Kawża C-207/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika kummerċjali komuni - Dazju antidumping definittiv fuq ċerti prodotti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Dazju antidumping ikkunsidrat inkompatibbli mal-ftehim ġenerali dwar it-tariffi doganali u l-kummerċ mill-Korp ta’ Riżoluzzjoni ta’ Tilwim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO))
(2018/C 455/18)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria di primo grado di Bolzano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rotho Blaas Srl
Konvenuta: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli
Dispożittiv
L-eżami tal-ewwel domanda ma żvela ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012 tal-4 ta’ Ottubru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2009 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/519 tas-26 ta’ Marzu 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
(1) ĠU C 277, 21.8.2017