12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/21
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Alexander Mölk vs Valentina Mölk
(Kawża C-214/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Protokoll ta’ Den Haag dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment - Artikolu 4(3) - Talba għall-ħlas ta’ manteniment imressqa mill-kreditur tal-manteniment quddiem l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ residenza abitwali tad-debitur - Deċiżjoni li għandha l-awtorità ta’ res judicata - Talba sussegwenti mressqa mid-debitur quddiem l-istess awtorità sabiex jitnaqqas il-manteniment stabbilit - Dehra tal-kreditur - Determinazzjoni tal-liġi applikabbli))
(2018/C 408/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Alexander Mölk
Konvenuta: Valentina Mölk
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 4(3) tal-Protokoll tal-Aja [Den Haag] tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment, approvat f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/941/KE, tas-30 ta’ Novembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa r-riżultat ta’ sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-manteniment li għandu jitħallas kien ġie stabbilit b’deċiżjoni li saret res judicata, fuq it-talba tal-kreditur u, skont dan l-Artikolu 4(3), skont il-lex fori indikata konformement ma’ din id-dispożizzjoni, li tali liġi tirregola talba sussegwenti mressqa mid-debitur quddiem l-qrati tal-Istat tar-residenza abitwali tiegħu kontra l-kreditur biex jitnaqqas dan il-manteniment.
2)
L-Artikolu 4(3) tal-Protokoll ta’ Den Haag tat-23 ta’ Novembru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kreditur għandu “[jadixxi]” wkoll lill-awtorità kompetenti tal-Istat fejn id-debitur għandu r-residenza abitwali tiegħu meta, fil-kuntest ta’ proċedura mibdija mid-debitur quddiem din l-awtorità, il-kreditur jidher, fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, u jitlob li t-talba tiġi miċħuda fil-mertu.
(1) ĠU C 283, 28.08.2017.
Full & Egal Universal Law Academy