14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – Nova Kreditna Banka Maribor d.d. vs Republika Slovenija
(Kawża C-215/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku - Direttiva 2003/98/KE - It-tielet inċiż tal-Artikolu 1(2)(c) - Rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għad-ditti ta’ investiment - Regolament (UE) Nru 575/2013 - Informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u mid-ditti ta’ investiment - Artikolu 432(2) - Eċċezzjonijiet għall-obbligu ta’ pubblikazzjoni - Informazzjoni kummerċjali meqjusa bħala sensittiva jew kunfidenzjali - Applikabbiltà - Istituzzjonijiet ta’ kreditu li fihom l-Istat għandu sehem maġġoritarju - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi n-natura pubblika ta’ ċerta informazzjoni kummerċjali miżmuma mill-imsemmija istituzzjonijiet))
(2019/C 16/11)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče Republike Slovenije
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nova Kreditna Banka Maribor d.d.
Konvenuta: Republika Slovenija
Dispożittiv
It-tielet inċiż tal-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku u l-Artikolu 432(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma japplikawx għal leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq bank li kien taħt l-influwenza dominanti ta’ persuna rregolata mid-dritt pubbliku l-obbligu li jiżvela d-data dwar il-kuntratti għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza, ta’ servizzi ta’ avukati, ta’ servizzi ta’ awturi ta’ xogħlijiet intellettwali u ta’ servizzi oħra ta’ natura intellettwali li huwa kkonkluda fil-perijodu li matulu huwa kien taħt din l-influwenza dominanti, mingħajr ebda eċċezzjoni ammessa sabiex jinżammu s-sigrieti kummerċjali ta’ dan il-bank u, għalhekk, ma jipprekludux tali leġiżlazzjoni nazzjonali.
(1) ĠU C 213, 3.07.2017.
Full & Egal Universal Law Academy