18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust, Coopservice Soc. coop. arl vs Azienda Socio-Sanitaria Territoriale della Vallecamonica – Sebino (ASST), Azienda Socio-Sanitaria Territoriale del Garda (ASST), Azienda Socio-Sanitaria Territoriale della Vallecamonica (ASST)
(Kawża C-216/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 1(5) - Artikolu 32(2) - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi - Ftehimiet qafas - Klawżola ta’ estensjoni tal-ftehim qafas għal awtoritajiet kontraenti oħra - Prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi ekonomiċi - Assenza ta’ determinazzjoni tal-kwantità tal-kuntratti pubbliċi sussegwenti jew determinazzjoni b’riferiment għall-bżonnijiet ordinarji tal-awtoritajiet kontraenti li ma humiex firmatarji tal-ftehim qafas - Projbizzjoni))
(2019/C 65/05)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust, Coopservice Soc. coop. arl
Konvenuti: Azienda Socio-Sanitaria Territoriale della Vallecamonica – Sebino (ASST), Azienda Socio-Sanitaria Territoriale del Garda (ASST), Azienda Socio-Sanitaria Territoriale della Vallecamonica (ASST)
fil-preżenza ta’: Markas Srl, ATI – Zanetti Arturo & C. Srl e in proprio, Regione Lombardia
Dispożittiv
L-Artikolu 1(5) u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 32(2) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
—
awtorità kontraenti tista’ taġixxi f’isimha stess u għan-nom ta’ awtoritajiet kontraenti oħra indikati b’mod ċar u li ma humiex direttament partijiet fi ftehim qafas, kemm il-darba r-rekwiżiti ta’ pubbliċità u ta’ ċertezza legali u, għaldaqstant, ta’ trasparenza huma osservati u,
—
huwa eskluż li l-awtoritajiet kontraenti mhux firmatarji ta’ dan il-ftehim qafas ma jiddeterminawx il-kwantità tas-servizzi li tista’ tintalab meta jikkonkludu kuntratti b’eżekuzzjoni tiegħu jew li jiddeterminawha b’riferiment għall-bżonnijiet ordinarji tagħhom, taħt piena ta’ ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi ekonomiċi interessati fil-konklużjoni tal-imsemmi ftehim qafas.
(1) ĠU C 277, 21.08.2017.
Full & Egal Universal Law Academy