25.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2019 – Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-225/17 P) (1)
((Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Annullament ta’ inklużjoni mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Tibdil tal-kriterji ta’ inklużjoni f’lista ta’ persuni jew ta’ entitajiet li l-assi tagħhom huma ffriżati - Inklużjoni mill-ġdid - Provi b’data preċedenti għall-ewwel inklużjoni - Fatti magħrufa qabel l-ewwel inklużjoni - Awtorità ta’ res judicata - Portata - Ċertezza legali - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva))
(2019/C 112/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Khazar Sea Shipping Lines Co., IRISL Europe GmbH, IRISL Marine Services and Engineering Co., Irano Misr Shipping Co., Safiran Payam Darya Shipping Lines, Shipping Computer Services Co., Soroush Sarzamin Asatir Ship Management, South Way Shipping Agency Co. Ltd, Valfajr 8th Shipping Line Co. (rappreżentanti: M. Taher, Solicitor, M. Lester QC)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Kneale u M. Bishop, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gauci u T. Scharf, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Khazar Shipping Lines, IRISL Europe GmbH, Qeshm Marine Services & Engineering Co., Irano Misr Shipping Co., Safiran Payam Darya Shipping Lines, Marine Information Technology Development Co., Rahbaran Omid Darya Ship Management Co., Hoopad Darya Shipping Agency, u Valfajr 8th Shipping Line Co., huma kkundannati kemm għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawn sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 231, 17.07.2017.
Full & Egal Universal Law Academy