Kawża C-229/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Evonik Degussa GmbH vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea — Allokazzjoni mingħajr ħlas — Direttiva 2003/87/KE — Artikolu 10a — Anness I — Deċiżjoni 2011/278/UE — Il-punt 2 tal-Anness I — Determinazzjoni tal-parametri referenzjarji tal-prodotti — Produzzjoni tal-idroġenu — Limiti tas-sistema tal-parametru referenzjarju ta’ prodott għall-idroġenu — Proċess ta’ separazzjoni tal-idroġenu minn fluss ta’ gass arrikkit li diġà fih l-idroġenu)
C2402018MT610120180517MT00086161
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Evonik Degussa GmbH vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-229/17) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea — Allokazzjoni mingħajr ħlas — Direttiva 2003/87/KE — Artikolu 10a — Anness I — Deċiżjoni 2011/278/UE — Il-punt 2 tal-Anness I — Determinazzjoni tal-parametri referenzjarji tal-prodotti — Produzzjoni tal-idroġenu — Limiti tas-sistema tal-parametru referenzjarju ta’ prodott għall-idroġenu — Proċess ta’ separazzjoni tal-idroġenu minn fluss ta’ gass arrikkit li diġà fih l-idroġenu)”2018/C 240/08Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Evonik Degussa GmbH
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Dispożittiv
Il-punt 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li proċess, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma jippermettix il-produzzjoni, permezz ta’ sinteżi kimika, tal-idroġenu, iżda li jippermetti biss l-iżolament ta’ din is-sustanza li hija diġà inkluża f’taħlita gassuża ma jidħolx fil-limiti tas-sistema tal-parametru referenzjarju ta’ prodott għall-idroġenu. Is-sitwazzjoni tkun differenti kieku dan il-proċess, minn naħa, kien relatat mal-“produzzjoni tal-idroġenu”, fis-sens tal-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 u, min-naħa l-oħra, kieku kien teknikament marbut miegħu.
( 1 ) ĠU C 256, 7.8.2017.
Full & Egal Universal Law Academy