Kawża C-230/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Erdem Deha Altiner, Isabel Hanna Ravn vs Udlændingestyrelsen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikolu 21(1) TFUE — Direttiva 2004/38/KE — Dritt li jiċċaqilqu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru fejn dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità tiegħu — Dħul ta’ dan il-membru tal-familja fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat wara r-ritorn f’dan l-Istat Membru taċ-ċittadin tal-Unjoni)
C2942018MT920120180627MT001292102
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Erdem Deha Altiner, Isabel Hanna Ravn vs Udlændingestyrelsen
(Kawża C-230/17) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikolu 21(1) TFUE — Direttiva 2004/38/KE — Dritt li jiċċaqilqu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru fejn dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità tiegħu — Dħul ta’ dan il-membru tal-familja fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat wara r-ritorn f’dan l-Istat Membru taċ-ċittadin tal-Unjoni)”2018/C 294/12Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Erdem Deha Altiner, Isabel Hanna Ravn
Konvenuti: Udlændingestyrelsen
Dispożittiv
L-Artikolu 21(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma tipprevedix l-għoti ta’ dritt ta’ residenza dderivat, skont id-dritt tal-Unjoni, lil ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għandu n-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru u li rritorna hemmhekk wara li kien residenti, skont u fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni, fi Stat Membru ieħor, meta l-imsemmi membru tal-familja taċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat ma jkunx daħal fit-territorju tal-Istat Membru ta’ oriġini ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni jew ma ressaqx applikazzjoni għal permess ta’ residenza “fl-estensjoni naturali” tar-ritorn, f’dan l-Istat Membru, taċ-ċittadin tal-Unjoni inkwistjoni, sakemm tali leġiżlazzjoni teżiġi, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni globali, li jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll elementi rilevanti oħrajn, b’mod partikolari dawk li jistgħu juru li, minkejja ż-żmien li għadda bejn ir-ritorn taċ-ċittadin tal-Unjoni fl-imsemmi Stat Membru u d-dħul tal-membru tal-familja tiegħu, ċittadin ta’ Stat terz, fl-istess Stat Membru, il-ħajja tal-familja żviluppata u kkonsolidata fl-Istat Membru ospitanti ma ntemmitx, b’tali mod li tiġġustifika l-għoti, lill-membru tal-familja kkonċernat, ta’ dritt ta’ residenza dderivat, ħaġa li għandha tkun il-qorti tar-rinviju li tivverifika.
( 1 ) ĠU C 213, 03.07.2017.
Full & Egal Universal Law Academy