29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Mejju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija
(Kawża C-235/17) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 63 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għall-proprjetà - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tneħħi, ex lege mingħajr ma tipprevedi kumpens, id-drittijiet ta’ użufrutt fuq artijiet agrikoli u forestali preċedentement ikkostitwiti favur persuni ġuridiċi jew persuni fiżiċi li ma jistgħux jiġġustifikaw rabta parentali mill-qrib mal-proprjetarju tal-art)
(2019/C 255/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Malferrari u L. Havas, aġenti)
Konvenuta: L-Ungerija (rappreżentant: M.Z. Fehér, aġent)
Dispożittiv
1)
Billi adottat l-Artikolu 108(1) tal-mező- és erdőgazdasági földek forgalmáról szóló 2013. évi CXXII. törvénnyel összefüggő egyes rendelkezésekről és átmeneti szabályokról szóló 2013. évi CCXII. törvény (il-Liġi Nru CCXII tal-2013, li Tinkludi Diversi Dispożizzjonijiet u Miżuri Tranżitorji dwar il-Liġi tal-2013 dwar l-Artijiet Agrikoli dwar il-Bejgħ ta’ Artijiet Agrikoli u Forestali), u billi neħħiet, b’hekk, ex lege, id-drittijiet ta’ użufrutt fuq l-artijiet agrikoli li jinsabu fl-Ungerija li jżommu direttament jew indirettament ċittadini ta’ Stati Membri oħra, l-Ungerija naqset mill-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikolu 63 TFUE u tal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
2)
L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 412, 4.12.2017.
Full & Egal Universal Law Academy