5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ Settembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-244/17) (1)
((“Rikors għal annullament - Deċiżjoni (UE) 2017/477 - Pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta’ Kooperazzjoni stabbilit taħt il-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Kazakistan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-arranġamenti ta’ ħidma tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni, tas-Sottokumitati Speċjalizzati jew ta’ kwalunkwe korp ieħor - Artikolu 218(9) TFUE - Deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’istanza stabbilita taħt ftehim internazzjonali - Ftehim li fih ċerti dispożizzjonijiet jistgħu jkunu relatati mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) - Regola ta’ vot”))
(2018/C 399/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Havas, L. Gussetti u P. Aalto, aġenti, sussegwentement minn L. Havas u L. Gussetti, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u P. Mahnič Bruni, aġenti)
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/477, tat-3 ta’ Marzu 2017, dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Kooperazzjoni stabbilit taħt il-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra fir-rigward tal-arranġamenti ta’ ħidma tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni, tas-sottokumitati speċjalizzati jew ta’ kwalunkwe organu ieħor, hija annullata.
2)
L-effetti tad-Deċiżjoni 2017/477 għandhom jinżammu fis-seħħ.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 239, 24.7.2017
Full & Egal Universal Law Academy