21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – Pedro Viejobueno Ibáñez, Emilia de la Vara González vs Consejería de Educación de Castilla-La Mancha
(Kawża C-245/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġu tterminati kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat meta l-motiv ta’ reklutaġġ ma jkunx għadu jissussisti - Għalliema impjegati għas-sena skolastika - Xoljiment tar-relazzjoni ta’ xogħol fid-data tat-tmiem tal-perijodu ta’ tagħlim - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE))
(2019/C 25/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pedro Viejobueno Ibáñez, Emilia de la Vara González
Konvenut: Consejería de Educación de Castilla-La Mancha
Dispożittiv
1)
Il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil persuna li timpjega li ttemm, fid-data tat-tmiem tal-perijodu ta’ tagħlim, ir-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ għalliema rreklutati għal sena skolastika bħala membri tal-persunal mhux permanenti, minħabba li l-kundizzjonijiet ta’ neċessità u ta’ urġenza li kien suġġett għalihom ir-reklutaġġ tagħhom ma kinux għadhom jissussistu f’dik id-data, filwaqt li r-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat ta’ għalliema li għandhom il-kwalità ta’ uffiċjali tkompliet.
2)
L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li ttemm, fid-data tat-tmiem tal-perijodu ta’ tagħlim, ir-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat tal-għalliema rreklutati għal sena skolastika bħala membri tal-persunal mhux permanenti, anki meta dan iċaħħad lil dawn l-għalliema minn jiem ta’ leave annwali bil-ħlas matul is-sajf relatati ma’ dik is-sena skolastika, sakemm dawn l-għalliema jirċievu kumpens finanzjarju f’dan ir-rigward.
(1) ĠU C 382, 13.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy