17.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 455/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – Ryanair Ltd vs The Revenue Commissioners
(Kawża C-249/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Kunċett ta’ persuna taxxabbli - Kumpannija holding - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Spejjeż marbuta ma’ provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza sostnuti għall-finijiet tal-akkwist ta’ azzjonijiet ta’ kumpannija oħra - Intenzjoni tal-kumpannija xerrejja li tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni lill-kumpannija fil-mira - Nuqqas ta’ provvista ta’ tali servizzi - Dritt għat-tnaqqis tal-VAT imposta fuq il-prestazzjonijiet mitluba)
(2018/C 455/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ryanair Ltd
Konvenut: The Revenue Commissioners
Dispożittiv
L-Artikoli 4 u 17 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 787/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jikkonferixxu lil kumpannija, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha l-intenzjoni li takkwista l-azzjonijiet kollha ta’ kumpannija oħra, sabiex teżerċita attività ekonomika li tikkonsisti fil-provvista lil din tal-aħħar ta’ prestazzjonijiet ta’ servizzi ta’ ġestjoni suġġetti għall-VAT, id-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input kollha relatata mal-ispejjeż magħmula għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza sostnuti fil-kuntest ta’ offerta pubblika ta’ xiri, anki jekk jiġri li din l-attività ekonomika ma titwettaqx, sa fejn dawn l-ispejjeż ikollhom il-kawża esklużiva tagħhom fl-attività ekonomika inkwistjoni.
(1) ĠU C 221, 10.7.2017.