Kawża C-251/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ġbir u trattament tal-ilma urban mormi — Direttiva 91/271/KEE — Artikoli 3, 4 u 10 — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260(2) TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità u somma f’daqqa)
C2592018MT1120120180531MT0015112122
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-251/17) ( 1 )
“(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ġbir u trattament tal-ilma urban mormi — Direttiva 91/271/KEE — Artikoli 3, 4 u 10 — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260(2) TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità u somma f’daqqa)”2018/C 259/15Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u L. Cimaglia, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn M. Russo u F. De Luca, avvocati dello Stato)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-565/10, mhux ippubblikata, EU:C:2012:476), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE
2)
Fil-każ li n-nuqas ta’ twettiq ta’ obbligu ikkonstatat fil-punt 1 jippersisti fil-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza, ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 30112500 għal kull semtestru ta’ dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-565/10, mhux ippubblikata, EU:C:2012:476), mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, u sal-eżekuzzjoni kompleta tas-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-565/10, mhux ippubblikata, EU:C:2012:476), li l-ammont effettiv tagħha għandu jiġi kkalkolat fi tmiem kull perijodu ta’ sitt xhur billi l-ammont totali dwar kull wieħed minn dawn il-perijodi jitnaqqas b’perċentwali li jikkorrispondi għall-proporzjon li jirrappreżenta n-numru ta’ ekwivalenti ta’ abitanti tal-agglomerazzjonijiet li s-sistemi ta’ ġbir u ta’ trattament tal-ilma urban mormi tagħhom kienu reżi konformi mas-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-565/10, mhux ippubblikata, EU:C:2012:476), fl-aħħar tal-perijodu kkunsidrat, meta mqabbel man-numru ta’ ekwivalenti ta’ abitanti ta’ agglomerazzjonijiet mhux mgħammra b’sistemi bħal dawn fil-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza
3)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ EUR 25 miljun.
4)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 221, 10.07.2017.
Full & Egal Universal Law Academy