6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Awwissu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Tadas Tupikas
(Kawża C-270/17 PPU) (1)
(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri - Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni - Raġunijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva - Artikolu 4a(1) li jirriżulta mid-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI - mandat ta’ arrest maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà - Kunċett ta’ “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni” - Persuna kkonċernata li dehret personalment fl-ewwel istanza - Proċedura fil-grad tal-appell li tinvolvi eżami ġdid tal-kawża fir-rigward tal-mertu - Mandat ta’ arrest li ma jipprovdi ebda informazzjoni li tippermetti li jiġi vverifikat jekk id-drittijiet tad-difiża tal-persuna kkundannata ġew irrispettati matul il-proċedura tal-appell)
(2017/C 374/12)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Openbaar Ministerie
Konvenut: Tadas Tupikas
Dispożittiv
Billi l-Istat Membru emittenti ippreveda proċedura kriminali li tinkludi diversi gradi ta’ qorti u li tista’ tirriżulta f’deċiżjonijiet ġudizzjarji suċċessivi li minn tal-inqas waħda minnhom ingħatat fl-assenza tal-persuna kkonċernata, il-kunċett ta’ “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni”, fis-sens tal-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrigwarda biss il-proċedura li fi tmiemha tkun ingħatat id-deċiżjoni fuq il-ħtija tal-persuna kkonċernata kif ukoll fuq il-kundanna għal piena, bħalma hija miżura li ċċaħħad mil-libertà, wara eżami mill-ġdid tal-mertu tal-kawża fil-fatt u fid-dritt.
Proċedura tal-appell bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija koperta fil-prinċipju minn dan il-kunċett. Madankollu, hija fl-istess ħin il-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura li hija tippreżenta l-karatteristiċi msemmija iktar ’il fuq.
(1) ĠU C 277, 21.08.2017.