11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K.M. Zyla vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-272/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Ugwaljanza fit-trattament - Taxxa fuq id-dħul - Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali - Ħaddiem li telaq mill-Istat Membru ta’ fejn huwa impjegat matul is-sena kalendarja - Applikazzjoni tar-regola pro rata temporis għat-tnaqqis fil-ġbir tal-kontribuzzjonijiet))
(2019/C 93/09)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: K.M. Zyla
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Dispożittiv
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, bil-għan li jiġi stabbilit l-ammont tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali dovuti minn ħaddiem, tipprevedi li t-tnaqqis tal-ġbir relatat ma’ dawn il-kontribuzzjonijiet, li għalih ħaddiem għandu dritt għal sena kalendarja, għandu jkun proporzjonali għall-perijodu li matulu dan il-ħaddiem ikun affiljat mas-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-imsemmi Stat Membru, u għalhekk mit-tnaqqis annwali teskludi parti li tkun proporzjonali għal kull perijodu li matulu dan il-ħaddiem ma kienx affiljat ma’ din is-sistema u rrisjeda fi Stat Membru ieħor fejn ma eżerċita ebda attività professjonali.
(1) ĠU C 277, 21.08.2017
Full & Egal Universal Law Academy