14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) – il-Bulgarija) – Wiemer & Trachte GmbH, fi stralċ vs Zhan Oved Tadzher
(Kawża C-296/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċeduri ta’ insolvenza - Regolament (KE) Nruo1346/2000 - Artikolu 3(1) - Kompetenza internazzjonali - Azzjoni revokatorja - Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nfetħet il-proċedura ta’ insolvenza))
(2019/C 16/16)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wiemer & Trachte GmbH, fi stralċ
Konvenut: Zhan Oved Tadzher
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar il-proċedimenti ta’ falliment [insolvenza], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun infetħet proċedura ta’ insolvenza għandhom ġurisdizzjoni sħiħa sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni revokatorja bbażata fuq l-insolvenza u intiża kontra konvenut li jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jew id-domiċilju tiegħu fi Stat Membru ieħor.
(1) ĠU C 256, 07.08.2017
Full & Egal Universal Law Academy