1.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Kúria – l-Ungerija) – Hochtief AG vs Budapest Főváros Önkormányzata
(Kawża C-300/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Proċeduri għal tressiq ta’ kawża - Direttiva 89/665/KE - Kawża għad-danni - Artikolu 2(6) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ammissibbiltà ta’ azzjoni għad-danni għall-konstatazzjoni preliminari u finali tal-illegalità tad-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li allegatament ikkawża d-dannu allegat - Rikors għal annullament - Proċedura preċedenti quddiem Kumitat Arbitrali - Stħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjonijiet mill-Kumitat Arbitrali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-produzzjoni ta’ motivi li ma jkunux tqajmu quddiem il-Kumitat Arbitrali - tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza)
(2018/C 352/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hochtief AG
Konvenut: Budapest Főváros Önkormányzata
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 2(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħolijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet], kif emendata permezz tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konessjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix regola proċedurali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-possibbiltà li tiġi sostnuta pretensjoni tad-dritt ċivili fil-każ ta’ ksur tar-regoli dwar l-kuntratti pubbliċi u l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, għall-kundizzjoni li l-ksur ikun ġie kkonstatat b’mod definittiv minn dan il-Kumitat Arbitrali tal-Kuntratti Pubbliċi jew, fil-kuntest tal-istħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjoni ta’ dan il-Kumitat Arbitrali, minn qorti.
2)
Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) u (3) tad-Direttiva 89/665, kif emendata bid-Direttiva 2014/23, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ azzjoni għad-danni, ma jipprekludix regola proċedurali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjonijiet mogħtija minn Kumitat Arbitrali responsabbli fl-ewwel istanza mill-istħarriġ tad-deċiżjonijiet adottati mill-awtoritajiet kontraenti fl-ambitu tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi li jiġu eżaminati biss motivi invokati quddiem dan il-kumitat.
(1) ĠU C 269, 14.08.2017.
Full & Egal Universal Law Academy