17.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 455/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija
(Kawża C-301/17) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Att ta’ adeżjoni tal-2005 - Obbligi tal-Istati aderenti - Ambjent - Direttiva 1999/31/KE - Artikolu 14(b) - Rimi ta’ skart f’landfill - Għeluq tas-siti li ma kisbux l-awtorizzazzjoni għall-operat ta’ landfill - Proċeduri tal-għeluq u kura ta’ wara))
(2018/C 455/20)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Nicolae u E. Sanfrutos Cano, aġenti)
Konvenuta: Ir-Rumanija (rappreżentanti: R.-H. Radu, E. Gane, L. Liţu, O.-C. Ichim u M. Chicu, sussegwentement C.-R. Canţăr, E. Gane, L. Liţu, O.-C. Ichim u M. Chicu, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi, f’dak li jikkonċerna t-68 landfill inkwistjoni, ma kkonformatx mal-obbligu li tieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex, malajr kemm jista’ jkun, konformement mal-Artikolu 7(g) u mal-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill, jingħalqu s-siti li ma kisbux, konformement mal-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, l-awtorizzazzjoni biex ikomplu joperaw, ir-Rumanija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(b) tal-Direttiva 1999/31, moqri flimkien mal-Artikolu 13 tagħha.
2)
Ir-Rumanija hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 239, 24.7.2017.