Kawża C-302/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Bratislave – is-Slovakkja) – PPC Power a.s. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky, Daňový úrad pre vybrané daňové subjekty (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra — Għanijiet — Allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-kwoti ttrasferiti u mhux użati għal taxxa)
C2002018MT1910120180412MT0024191191
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Bratislave – is-Slovakkja) – PPC Power a.s. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky, Daňový úrad pre vybrané daňové subjekty
(Kawża C-302/17) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra — Għanijiet — Allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-kwoti ttrasferiti u mhux użati għal taxxa)”2018/C 200/24Lingwa tal-kawża: l-Islovakk
Qorti tar-rinviju
Krajský súd v Bratislave
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: PPC Power a.s.
Konvenuti: Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky, Daňový úrad pre vybrané daňové subjekty
Dispożittiv
Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tintaxxa, sa 80 % tal-valur tagħhom, il-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra allokati mingħajr ħlas li ġew mibjugħa jew li ma ntużawx mill-impriżi suġġetti għal skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra.
( 1 ) ĠU C 269, 14.8.2017
Full & Egal Universal Law Academy