12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/23
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Helga Löber vs Barclays Bank plc
(Kawża C-304/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Ġurisdizzjoni speċjali - Punt 3 tal-Artikolu 5 - Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt - Post fejn l-avveniment dannuż seħħ jew jista’ jseħħ - Konsumatur, iddomiċiljat fi Stat Membru, li xtara, permezz ta’ bank stabbilit f’dan l-Istat Membru, titoli maħruġa minn bank stabbilit fi Stat Membru ieħor - Ġurisdizzjoni sabiex jinstema’ r-rikors ippreżentat minn dan il-konsumatur għar-responsabbiltà delittwali ta’ dan il-bank))
(2018/C 408/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Helga Löber
Konvenut: Barclays Bank plc
Dispożittiv
Il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha investitur iressaq azzjoni għal responsabbiltà delittwali kontra bank li jkun ħareġ ċertifikat li huwa jkun investa fih, minħabba l-prospett relatat ma’ dan iċ-ċertifikat, il-qrati tad-domiċilju ta’ dan l-investitur, bħala qrati tal-post fejn seħħ il-fatt dannuż, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandhom ġurisdizzjoni sabiex jisimgħu din l-azzjoni, meta d-dannu allegat jikkonsisti f’dannu finanzjarju li jimmaterjalizza ruħu direttament f’kont bankarju tal-imsemmi investitur ma’ bank stabbilit fil-limiti tal-ġurisdizzjoni ta’ dawn il-qrati u li ċ-ċirkustanzi partikolari l-oħrajn ta’ din is-sitwazzjoni meħuda flimkien ukoll jattribwixxu ġurisdizzjoni lill-imsemmija qrati.
(1) ĠU C 269, 14.8.2017.
Full & Egal Universal Law Academy