4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Bratislava – is-Slovakkja) – FENS spol. s r.o. vs Slovenská republika – Úrad pre reguláciu sieťových odvetví
(Kawża C-305/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-merkanzija - Dazji doganali - Taxxi li għandhom effett ekwivalenti - Ħlas fuq it-trażmissjoni tal-elettriku prodott fit-territorju nazzjonali u intiż għall-esportazzjoni - Kompatibbiltà ta’ din il-leġiżlazzjoni mal-prinċipju ta’ moviment liberu tal-merkanzija))
(2019/C 44/02)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Okresný súd Bratislava
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: FENS spol. s r.o.
Konvenuta: Slovenská republika – Úrad pre reguláciu sieťových odvetví
Dispożittiv
L-Artikoli 28 u 30 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi piż pekunjarju, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jolqot l-elettriku esportat lejn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz biss meta l-elettriku jkun ġie prodott fit-territorju nazzjonali.
(1) ĠU C 269, 14.8.2017.
Full & Egal Universal Law Academy