Kawża C-306/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tatabányai Törvényszék – l-Ungerija) – Éva Nothartová vs Sámson József Boldizsár (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Ġurisdizzjoni — Ġurisdizzjoni speċjali — Artikolu 8(3) — Kontrotalba li toriġina jew li ma toriġinax mill-kuntratt jew mill-fatti li fuqhom kienet ibbażata t-talba oriġinali)
C2592018MT1210120180531MT0016121132
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tatabányai Törvényszék – l-Ungerija) – Éva Nothartová vs Sámson József Boldizsár
(Kawża C-306/17) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Ġurisdizzjoni — Ġurisdizzjoni speċjali — Artikolu 8(3) — Kontrotalba li toriġina jew li ma toriġinax mill-kuntratt jew mill-fatti li fuqhom kienet ibbażata t-talba oriġinali)”2018/C 259/16Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Tatabányai Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Éva Nothartová
Konvenut: Sámson József Boldizsár
Dispożittiv
L-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika, b’mod mhux esklużiv, f’sitwazzjoni fejn il-qorti li għandha ġurisdizzjoni biex tieħu konjizzjoni ta’ allegat ksur tad-drittijiet tal-personalità ta’ rikorrent għar-raġuni li ttieħdu ritratti u filmati mingħajr l-għarfien tiegħu, tiġi adita, mill-konvenut, b’kontrotalba għad-danni abbażi tar-responsabbiltà delittwali jew kważi delittwali tar-rikorrent, minħabba, inter alia, ir-restrizzjoni tal-kreazzjoni intellettwali tiegħu li hija s-suġġett tat-talba oriġinali, meta l-eżami ta’ din il-kontrotalba jeżiġi li din il-qorti tevalwa l-legalità jew in-nuqqas ta’ legalità tal-fatti li fuqhom ir-rikorrent jibbaża t-talbiet tiegħu stess.
( 1 ) ĠU C 269, 14.8.2017.
Full & Egal Universal Law Academy