14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Hellenische Republik vs Leo Kuhn
(Kawża C-308/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 1(1) - Kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali” - Bonds maħruġa minn Stat Membru - Parteċipazzjoni tas-settur privat fir-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku ta’ dan l-Istat - Modifika unilaterali u retroattiva tal-kundizzjonijiet tas-self - Klawżoli ta’ azzjoni kollettiva - Rikors eżerċitat kontra l-imsemmi Stat minn kredituri privati detenturi ta’ dawn il-bonds bħala persuni fiżiċi - Responsabbilità tal-Istat għal atti jew ommissjonijiet imwettqa fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat))
(2019/C 16/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hellenische Republik
Konvenut: Leo Kuhn
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li tilwima, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar azzjoni mressqa minn persuna fiżika li xtrat bonds maħruġa minn Stat Membru, kontra l-istess Stat Membru u intiża li tikkontesta skambju tal-imsemmija bonds b’bonds ta’ valur inqas, liema skambju kien impost fuq din il-persuna fiżika permezz ta’ liġi, adottata f’ċirkustanzi eċċezzjonali mil-leġiżlatur nazzjonali, li bis-saħħa tagħha dawn il-kundizzjonijiet ġew unilateralment u retroattivament emendati bl-introduzzjoni ta’ klawżola ta’ azzjoni kollettiva li tippermetti lill-maġġoranza ta’ detenturi ta’ bonds ikkonċernati jimponu dan l-iskambju fuq il-minoranza, ma taqax taħt “materji ċivili u kummerċjali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 283, 28.8.2017
Full & Egal Universal Law Academy