14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Levola Hengelo BV vs Smilde Foods BV
(Kawża C-310/17) (1)
((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni - Direttiva 2001/29/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 2 - Drittijiet ta’ riproduzzjoni - Kunċett ta’ ‘xogħol’ - Togħma ta’ prodott tal-ikel”))
(2019/C 16/18)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Levola Hengelo BV
Konvenuta: Smilde Foods BV
Dispożittiv
Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi li t-togħma ta’ prodott tal-ikel tkun protetta mid-drittijiet tal-awtur taħt din id-direttiva u li leġiżlazzjoni nazzjonali tiġi interpretata b’mod li hija tagħti protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur lil tali togħma.
(1) ĠU C 269, 14.8.2017.
Full & Egal Universal Law Academy