8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) — l-Irlanda) — Eugen Bogatu vs Minister for Social Protection
(Kawża C-322/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 67 - Talba għall-benefiċċji tal-familja magħmula minn persuna li ma baqgħetx taħdem fl-Istat Membru kompetenti iżda tkompli tgħix hemmhekk - Dritt għall-benefiċċji tal-familja għal membri tal-familja li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor - Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà)
(2019/C 131/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court (l-Irlanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Eugen Bogatu
Konvenut: Minister for Social Protection
Dispożittiv
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, u b’mod partikolari l-Artikolu 67 tiegħu, moqri flimkien mal-Artikolu 11(2) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-eliġibbiltà ta’ persuna għal benefiċċji tal-familja fl-Istat Membru kompetenti ma teżiġix li din il-persuna teżerċita attività bħala persuna impjegata f’dan l-Istat Membru u lanqas li dan tal-aħħar kien iħallasha benefiċċju fi flus minħabba jew bħala konsegwenza ta’ attività bħal din.
(1) ĠU C 277, 21.8.2017.
Full & Egal Universal Law Academy