11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Directie van de Dienst Wegverkeer (RDW) vs X, Y u X, Y vs Directie van de Dienst Wegverkeer (RDW) u Directie van de Dienst Wegverkeer (RDW) vs Z
(Kawża C-326/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 1999/37/KE - Dokumenti ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi - Ommissjonijiet fiċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni - Rikonoxximent reċiproku - Direttiva 2007/46/KE - Vetturi mibnija qabel l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi fil-livell tal-Unjoni Ewropea - Modifiki li għandhom effett fuq il-karatteristiċi tekniċi tal-vettura))
(2019/C 93/11)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Directie van de Dienst Wegverkeer (RDW), X, Y
Konvenuti: X, Y, Directie van de Dienst Wegverkeer (RDW)
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi, moqri flimkien mal-Artikolu 3(11) u (13) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-Direttiva 1999/37 hija applikabbli għad-dokumenti maħruġa mill-Istati Membri waqt ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi mibnija qabel id-29 ta’ April 2009, data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/46.
2)
L-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/37, moqri flimkien mal-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih ir-reġistrazzjoni ġdida ta’ vettura użata hija mitluba għandhom id-dritt li jirrifjutaw li jirrikonoxxu ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni maħruġ mill-Istat Membru li fih din il-vettura kienet ġiet preċedentement irreġistrata, meta ċerta data obbligatorja tkun nieqsa, id-data msemmija fih ma tikkorrispondix ma’ din il-vettura u dan iċ-ċertifikat ma jippermettix l-identifikazzjoni ta’ din l-istess vettura.
3)
L-Artikolu 24(6) tad-Direttiva 2007/46 għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sistema li jipprevedi ma tapplikax fir-rigward ta’ vettura użata li tkun diġà ġiet irreġisrata fi Stat Membru meta din hija, fuq il-bażi tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/37, ippreżentata għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ġdida tagħha lill-awtorità ta’ Stat Membru ieħor kompetenti fil-qasam. Madankollu, jekk jeżistu indizji li din il-vettura tippreżenta riskju għas-sigurtà fit-toroq, din l-awtorità tista’, skont l-Artikolu 5(a) tad-Direttiva 2009/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq, teħtieġ li din il-vettura tiġi suġġetta għal kontroll qabel ir-reġistrazzjoni tagħha.
(1) ĠU C 293, 4.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy