14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Verbraucherzentrale Baden-Württemberg e.V. vs Germanwings GmbH
(Kawża C-330/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1008/2008 - Il-punt 18 tal-Artikolu 2 - Artikolu 23(1) - Trasport - Regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fl-Unjoni Ewropea - Informazzjoni - Indikazzjoni tal-prezz finali li għandu jitħallas - Inklużjoni tan-noll tal-ajru fil-prezz finali li għandu jitħallas - Obbligu li n-nollijiet tal-ajru jiġu indikati f’euro jew f’valuta nazzjonali - Għażla tal-valuta nazzjonali rilevanti - Kriterji ta’ konnessjoni))
(2019/C 16/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verbraucherzentrale Baden-Württemberg e.V.
Konvenuta: Germanwings GmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità, moqri flimkien mal-punt 18 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li, waqt l-indikazzjoni tan-nollijiet tal-ajru għas-servizzi tal-ajru intra-Komunitarji, it-trasportaturi bl-ajru li ma jesprimux dawn in-nollijiet f’euros huma obbligati jagħżlu valuta nazzjonali oġġettivament marbuta mas-servizz offrut. Dan huwa, b’mod partikolari, il-każ ta’ munita li għandha valuta legali fl-Istat Membru li fih jinsab il-post tat-tluq jew il-post tal-wasla tat-titjira kkonċernata.
B’hekk, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn trasportatur bl-ajru stabbilit fi Stat Membru fejn l-euro għandha valuta legali joffri, fuq l-internet, servizz tal-ajru fejn il-post tat-tluq tat-titjira kkonċernata jkun jinsab fi Stat Membru ieħor, li fih hija munita oħra għajr l-euro li għandha valuta legali, in-nollijiet tal-ajru, jekk ma jiġux espressi f’euro, jistgħu jiġu indikati fil-munita li għandha valuta legali f’dan l-aħħar Stat Membru.
(1) ĠU C 293, 4.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy