7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d’appello di Roma – l-Italja) – Martina Sciotto vs Fondazione Teatro dell’Opera di Roma
(Kawża C-331/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 5 - Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti jew relazzjonijiet tax-xogħol suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri fis-settur ta’ attività tal-fondazzjonijiet operistiċi u orkestrali)
(2019/C 4/05)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte d’appello di Roma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Martina Scio
Konvenuta: Fondazione Teatro dell'Opera di Roma
Dispożittiv
Il-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas dwar Xogħol għal Terminu Fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tagħha r-regoli tad-dritt ordinarju li jirregolaw ir-relazzjonijiet tax-xogħol u li huma intiżi sabiex jissanzjonaw l-użu abbużiv tal-kuntratti suċċessivi għal żmien determinat bil-klassifikazzjoni mill-ġdid awtomatika tal-kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat meta r-relazzjoni tax-xogħol tkun damet lil hinn minn data speċifika ma humiex applikabbli għas-settur ta’ attività tal-fondazzjonijiet operistiċi u orkestrali, meta ma teżisti ebda miżura oħra effettiva fis-sistema legali interna li tissanzjona l-abbużi kkonstatati f’dan is-settur.
(1) ĠU C 309, 18.9.2017