12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/24
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus – l-Estonja) – Starman AS vs Tarbijakaitseamet
(Kawża C-332/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2011/83/UE - Artikolu 21 - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Komunikazzjoni bit-telefon - Prattika ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni li tikkonsisti f’li jiġi offrut lill-klijenti tiegħu li jkunu diġà kkonkludew kuntratt numru ta’ assistenza speed dial suġġett għal tariffa ogħla mit-tariffa bażika))
(2018/C 408/30)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Riigikohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Starman AS
Konvenut: Tarbijakaitseamet
Dispożittiv
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, jekk kummerċjant ikun poġġa fid-dispożizzjoni tal-klijenti tiegħu kollha numru tat-telefon speed dial wieħed jew diversi suġġetti għal tariffa ogħla mit-tariffa bażika, il-konsumaturi li jkunu kkonkludew kuntratt ma’ dan il-kummerċjant iħallsu iktar mit-tariffa bażika meta huma jikkuntattjaw lill-imsemmi kummerċjant, bit-telefon, dwar dan il-kuntratt.
(1) ĠU C 256, 7.8.2017.
Full & Egal Universal Law Academy