Kawża C-335/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta Varhoven kasatsionen sad – il-Bulgarija) – Neli Valcheva vs Georgios Babanarakis (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ “dritt ta’ aċċess” — Artikolu 1(2)(a) u punti (7) u (10) tal-Artikolu 2 — Dritt ta’ aċċess tan-nanniet)
C2592018MT1310120180531MT0017131131
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta Varhoven kasatsionen sad – il-Bulgarija) – Neli Valcheva vs Georgios Babanarakis
(Kawża C-335/17) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ “dritt ta’ aċċess” — Artikolu 1(2)(a) u punti (7) u (10) tal-Artikolu 2 — Dritt ta’ aċċess tan-nanniet)”2018/C 259/17Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Neli Valcheva
Konvenut: Georgios Babanarakis
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “dritt ta’ aċċess”, ikkontemplat fl-Artikolu 1(2)(a) u fil-punti (7) u (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li jestendi għad-dritt ta’ aċċess tan-nanniet fil-konfront tan-neputijiet tagħhom.
( 1 ) ĠU C 269, 14.08.2017.
Full & Egal Universal Law Academy