17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Virginie Marie Gabrielle Guigo vs Fond “Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite”
(Kawża C-338/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega - Direttiva 2008/94/KE - Artikoli 3 u 4 - Teħid mill-istituzzjonijiet ta’ garanzija tal-krediti tal-impjegati - Limitazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-istituzzjonijiet ta’ garanzija - Esklużjoni tal-pretensjonijiet maħluqa iktar minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja))
(2018/C 328/23)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Virginie Marie Gabrielle Guigo
Konvenut: Fond “Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite”
Dispożittiv
Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta’ insolvenza ta’ min iħaddimhom, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 4(1) taz-Zakon za garantiranite vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite pri nesastoyatelnost na rabotodatelia (il-liġi dwar il-pretensjonijiet iggarantiti tal-impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjegahom), li ma tiggarantixxix il-pretensjonijiet salarjali tal-ħaddiema impjegati li r-relazzjoni ta’ impjieg tagħhom tkun spiċċat iktar minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja tal-persuna li timpjegahom.
(1) ĠU C 269, 14.08.2017.
Full & Egal Universal Law Academy