28.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 35/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-29 ta’ Novembru 2018 – Alcohol Countermeasure Systems (International) Inc. vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-340/17 P) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Dikjarazzjoni ta’ invalidità abbażi ta’ trade mark preċedenti tar-Renju Unit - Użu ġenwin - Prova - Effetti tal-proċedura ta’ rtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fuq il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata - Assenza))
(2019/C 35/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Alcohol Countermeasure Systems (International) Inc. (rappreżentanti: E. Baud u P. Marchiset, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Botis u S. Hanne, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-appellat: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Brodie u Z. Lavery, aġenti, assistiti minn N. Saunders, barrister)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Alcohol Countermeasure Systems (International) Inc. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
3)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 347, 16.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy