29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-341/17 P) (1)
(Appell - Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Sezzjoni “Garanzija”, Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) - Spejjeż esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea - Spejjeż sostnuti mir-Repubblika Ellenika - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Regolament (KE) Nru 796/2004 - Skema ta’ għajnuna għas-superfiċji - Kunċett ta’ “mergħat permanenti” - Korrezzjonijiet finanzjarji fissi - Tnaqqis ta’ korrezzjoni preċedenti)
(2019/C 255/04)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, A. Vasilopoulou u E. Leftheriotou,)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Sauka,)
Intervenjent insostenn tal-appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent)
Dispożittiv
1)
Il-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-30 ta’ Marzu 2017, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (T 112/15, EU:T:2017:239), huma annullati sa fejn, minn naħa, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-Repubblika Ellenika billi llimitat l-eżami tagħha għall-korrezzjoni għas-sena ta’ applikazzjoni 2008 imputata lis-sena finanzjarja 2009 fir-rigward tal-korrezzjoni finanzjarja ta’ 5 % applikata għall-għajnuna tat-tieni pilastru tal-politika agrikola komuni (PAK), iddedikat għall-iżvilupp rurali u billi ma eżaminatx il-korrezzjoni għas-sena ta’ applikazzjoni 2008 imputata lis-sena finanzjarja 2010 fl-ammont ta’ EUR 5 496 524,54 inkonnessjoni mal-korrezzjoni finanzjarja ta’ 5 % applikata għall-għajnuna tat-tieni pilastru tal-PAK, iddedikat għall-iżvilupp rurali u, min-naħa l-oħra, iddeċidiet fuq l-ispejjeż.
2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
3)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/950/UE tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont it-Sezzjoni tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn din tikkonċerna t-teħid inkunsiderazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/214/UE tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 2013 dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fil-kalkolu tal-ammont tal-korrezzjoni ta’ EUR 5 496 524,54, tat-tnaqqis ta’ EUR 270 175,45 u tal-effett finanzjarju ta’ EUR 5 226 349,09, inkonnessjoni mal-ispejjeż imwettqa mir-Repubblika Ellenika fis-settur tal-iżvilupp rurali FAEŻR Axe 2 (2007-2013, miżuri marbuta mas-superfiċji) u imposti fir-rigward tas-sena finanzjarja 2010, minħabba n-nuqqasijiet li jikkonċernaw is-SIPA u l-kontrolli fuq il-post (it-tieni pilastru, sena ta’ applikazzjoni 2008).
4)
Ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-proċedura tal-ewwel istanza u tal-appell.
5)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż proprji tiegħu.
(1) ĠU C 249, 31.7.2017
Full & Egal Universal Law Academy