12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/25
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – Fremoluc NV vs Agentschap voor Grond- en Woonbeleid voor Vlaams-Brabant (Vlabinvest ABP) et
(Kawża C-343/17) (1)
((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertajiet fundamentali - Artikoli 21, 45, 49 u 63 TFUE - Direttiva 2004/38/KE - Artikoli 22 u 24 - Dritt ta’ prelazzjoni ta’ aġenzija pubblika fuq artijiet li jinsabu fl-ambitu territorjali tagħha bil-għan li tinbena akkomodazzjoni soċjali - Akkomodazzjoni mogħtija bi prijorità lil persuni privati li jippreżentaw ‘rabta soċjali, ekonomika jew soċjokulturali sostanzjali’ mal-parti tat-territorju li tikkorrispondi mal-imsemmi ambitu - Sitwazzjoni li l-elementi kollha tagħha huma limitati ġewwa Stat Membru - Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari”))
(2018/C 408/31)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fremoluc NV
Konvenuti: Agentschap voor Grond- en Woonbeleid voor Vlaams-Brabant (Vlabinvest ABP), Vlaams Financieringsfonds voor Grond- en Woonbeleid voor Vlaams-Brabant, Vlaamse Maatschappij voor Sociaal Wonen NV (VMSW), Christof De Knop, et.
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell bil-lingwa Olandiża, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tad-19 ta’ Mejju 2017, hija inammissibbli.
(1) ĠU C 300, 11.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy