3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Marzu 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Mobit Soc.cons.arl vs Regione Toscana (C-350/17), Autolinee Toscane SpA vs Mobit Soc.cons.arl (C-351/17)
(Kawżi Magħquda C-350/17 u C-351/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1370/2007 - Servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq - Artikolu 5 - Għoti ta’ kuntratti għal servizzi pubbliċi - Artikolu 5(2) - Għoti dirett - Kunċett ta’ “operatur intern” - Awtorità li teżerċita kontroll simili - Article 8(2) - Sistema tranżitorja - Terminu ta’ skadenza tal-għoti dirett)
(2019/C 187/14)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
(Kawża C-350/17)
Rikorrenti: Mobit Soc. cons. arl
Konvenuti: Regione Toscana
fil-preżenza ta’: Autolinee Toscane SpA, Régie Autonome des Transports Parisiens (RATP) (C-350/17)
(Kawża C-351/17)
Rikorrenti: Autolinee Toscane SpA
Konvenuti: Mobit Soc. cons. arl,
fil-preżenza ta’: Regione Toscana, Régie Autonome des Transports Parisiens (RATP) (C-351/17)
Dispożittiv
L-Artikolu 5 u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament ma japplikax għal proċedura ta’ għoti mwettqa qabel it-3 ta’ Diċembru 2019, b’tali mod li awtorità kompetenti li tagħti, permezz ta’ deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni li tagħlaq proċedura ta’ sejħa għal offerti, qabel din id-data, kuntratt ta’ konċessjoni għal servizz pubbliku ta’ trasport lokali tal-passiġġieri bit-triq ma hijiex meħtieġa li tikkonforma ruħha mal-imsemmi Artikolu 5.
(1) ĠU C 330, 2.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy