12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/25
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Shajin Ahmed vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal
(Kawża C-369/17) (1)
((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Fruntieri, ażil u immigrazzjoni - Status ta’ refuġjat jew status mogħti mill-protezzjoni sussidjarja - Direttiva 2011/95/UE - Artikolu 17 - Esklużjoni mill-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja - Kawżi - Kundanna għal delitt serju - Determinazzjoni tas-serjetà abbażi tal-piena inflitta skont id-dritt nazzjonali - Ammissibbiltà - Neċessità ta’ evalwazzjoni individwali”))
(2018/C 408/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Shajin Ahmed
Konvenut: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal
Dispożittiv
L-Artikolu 17(1)(b) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li abbażi tagħha l-applikant għal protezzjoni sussidjarja huwa meqjus li “[kkommetta] delitt serju” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li jista’ jeskludih mill-eleġibbiltà għal din il-protezzjoni, abbażi biss tal-piena inflitta għal delitt partikolari skont id-dritt ta’ dan l-Istat Membru. Hija l-awtorità jew il-qorti nazzjonali kompetenti li tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja li għandha tevalwa l-gravità tal-ksur inkwistjoni, billi twettaq eżami sħiħ taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ individwali kkonċernat.
(1) ĠU C 293, 4.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy