12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/26
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tat-13 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Noord-Holland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Vision Research Europe BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond
(Kawża C-372/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Intestaturi tariffarji - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Kamera li għandha memorja volatili, bil-konsegwenza li r-reġistrazzjoni ta’ immaġni fil-kamera jintilfu meta tittieħed immaġni oħra jew meta l-kamera tintefa - Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi 8525 80 19 u 8525 80 30 - Noti ta’ spjega - Interpretazzjoni - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 113/2014 - Interpretazzjoni - Validità))
(2018/C 408/33)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Noord-Holland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vision Research Europe BV
Konvenuti: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond
Dispożittiv
Is-subintestatura 8525 80 30 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-[Tariffa Doganali Komuni], fil-verżjoni li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013, tal-4 ta’ Ottubru 2013, għandha tiġi interpretata fis-sens li kamera, bħall-kamera inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha l-kapaċità li tieħu numru kbir ta’ immaġni fotografiċi kull sekonda u li taħżinhom fil-memorja volatili interna tagħha, li minnha dawn jitħassru ladarba l-kamera tkun mitfija, taqa’ taħt l-imsemmija subintestatura, kif ukoll li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 113/2014 tal-4 ta’ Frar 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, sa fejn dan huwa applikabbli b’analoġija għal prodotti li għandhom il-karatteristiċi ta’ tali kamera, huwa invalidu.
(1) ĠU C 300, 11.9.2017
Full & Egal Universal Law Academy