18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt B vs A-Brauerei
(Kawża C-374/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Taxxa fuq l-akkwisti ta’ proprjetà immobbli - Eżenzjoni - Trasferimenti tal-proprjetà ta’ beni immobbli minħabba operazzjonijiet ta’ trasformazzjoni li twettqu fi ħdan ċerti gruppi ta’ kumpanniji - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kundizzjoni marbuta mas-selettività - Ġustifikazzjoni))
(2019/C 65/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Finanzamt B
Konvenuta: A-Brauerei
fil-preżenza ta’: Bundesministerium der Finanzen
Dispożittiv
L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li vantaġġ fiskali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsisti fl-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-akkwisti ta’ proprjetà immobbli ta’ trasferiment tal-proprjetà ta’ beni immobbli li twettaq minħabba operazzjoni ta’ trasformazzjoni li timplika esklużivament kumpanniji tal-istess grupp marbuta b’ishma ta’ mill-inqas 95 % matul perijodu minimu u kontinwu ta’ ħames snin qabel l-imsemmija operazzjoni u ta’ ħames snin warajha, ma jissodisfax il-kundizzjoni dwar is-selettività tal-vantaġġ ikkonċernat, stabbilita fl-imsemmija dispożizzjoni.
(1) ĠU C 309, 18.09.2017
Full & Egal Universal Law Academy