18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Stanley International Betting Ltd, Stanleybet Malta Ltd vs Ministero dell'Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli
(Kawża C-375/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Konċessjoni għall-ġestjoni tas-servizz tal-logħob tal-Lotto awtomatizzat u logħob numeriku ieħor bi kwota fissa skont il-mudell ta’ konċessjonarju wieħed - Restrizzjoni - Raġunijiet imperattitivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità))
(2019/C 65/10)
Lingwa tal-kawża: l-Italja
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stanley International Betting Ltd, Stanleybet Malta Ltd
Konvenuti: Ministero dell'Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli
fil-preżenza ta’: Lottomatica SpA, Lottoitalia Srl
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, għall-konċessjoni tal-ġestjoni tas-servizz tal-Lotto awtomatizzat u logħob numeriku ieħor bi kwota fissa, mudell ta’ konċessjonarju wieħed, bil-kontra ta’ logħob, kompetizzjonijiet ta’ tbassir u mħatri oħra, li għalihom japplika mudell ta’ diversi konċessjonarji, sakemm il-qorti nazzjonali tistabbilixxi li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ssegwi effettivament b’mod koerenti u sistematiku l-għanijiet leġittimi invokati mill-Istat Membru kkonċernat.
2)
L-Artikoli 49 u 56 TFUE, kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali u l-atti li ġew adottati għall-applikazzjoni tagħha, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedu, għall-konċessjoni tal-ġestjoni tas-servizz tal-Lotto awtomatizzat u logħob numeriku ieħor bi kwota fissa, valur bażiku tal-kuntratt għoli, bil-kundizzjoni li dan il-valur huwa fformulat b’mod ċar, preċiż u univoku u li huwa oġġettivament iġġustifikat, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.
3)
L-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tinsab f’mudell ta’ kuntratt ta’ konċessjoni li jakkumpanja sejħa għal offerti u li jipprevedi d-dekadenza tal-konċessjoni għall-ġestjoni tas-servizz tal-Lotto awtomatizzat u logħob numeriku ieħor bi kwota fissa:
—
f’kull tip ta’ reat li fir-rigward tiegħu hemm stipulata akkuża u li, minħabba n-natura tiegħu, il-gravità tiegħu, il-metodu ta’ twettiq tiegħu u l-konnessjoni tiegħu mal-attività li għaliha l-konċessjoni ngħatat, l-awtorità kontraenti tikkunsidra li teskludi li l-konċessjonarju jkollu l-affidabbiltà, il-professjonaliżmu u l-kwalità morali meħtieġa;
—
jew jekk il-konċessjonarju jikser ir-regoli dwar il-prevenzjoni tal-logħob irregolari, illegali u bil-moħbi u, b’mod partikolari, fejn il-konċessjonarju stess, jew permezz ta’ kumpanniji kkontrollata minnu jew marbuta miegħu, ikun fejn ikun stabbiliia, tikkummerċjalizza logħob ieħor komparabbli għal-Lotto awtomatizzat u logħob numeriku ieħor bi kwota fissa mingħajr ma jkollu l-liċenzja meħtieġa għal dan il-għan.
sakemm dawn il-klawżoli jkunu ġġustifikati, proporzjonati għall-għan segwit u konformi mal-prinċipju ta’ trasparenza, u hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika dan fid-dawl tal-indikazzjonijiet li fiha din is-sentenza.
(1) ĠU C 330, 02.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy