3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Proċedura mressqa mis-Società Immobiliare Al Bosco Srl
(Kawża C-379/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Terminu previst fid-dritt tal-Istat Membru mitlub sabiex jiġi eżegwit digriet li jordna s-sekwestru kawtelatorju - Applikabbiltà ta’ dan it-terminu għal strument li jordna s-sekwestru kawtelatorju miksub fi Stat Membru ieħor u ddikjarat eżekuttiv fl-Istat Membru mitlub))
(2018/C 436/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Parti fil-kawża prinċipali
Società Immobiliare Al Bosco Srl
Dispożittiv
L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-applikazzjoni ta’ terminu għall-eżekuzzjoni ta’ digriet li jordna s-sekwestru kawtelatorju, tiġi applikata fil-preżenza ta’ tali digriet adottat fi Stat Membru ieħor u li jista’ jiġi eżegwit fl-Istat Membru mitlub.
(1) ĠU C 318, 25.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy