14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K, B vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
(Kawża C-380/17) (1)
((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 2003/86/KE - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Artikolu 12 - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ tliet xhur wara l-għoti ta’ protezzjoni internzazzjonali - Benefiċjarju tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Ċaħda ta’ applikazzjoni għal viża”))
(2019/C 16/22)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: K, B
Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Dispożittiv
1)
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 267 TFUE, sabiex tinterpreta l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-qorti tar-rinviju hija mitluba tiddeċiedi dwar id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ benefiċjarju tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja, meta din id-dispożizzjoni tkun ġiet reża applikabbli għal tali sitwazzjoni, b’mod dirett u inkundizzjonat, mid-dritt nazzjonali.
2)
L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2003/86 ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li tiġi miċħuda applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja ppreżentata għal membru tal-familja ta’ refuġjat, abbażi tad-dispożizzjonijiet iktar favorevoli għar-refuġjati li jinsabu fil-Kapitolu V ta’ din id-direttiva, għar-raġuni li din l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata iktar minn tliet xhur wara l-għoti tal-istatus ta’ refuġjat lill-isponsor, filwaqt li tiġi offruta l-possibbiltà li tiġi ppreżentata applikazzjoni ġdida fil-kuntest ta’ regoli oħra, sakemm din il-leġiżlazzjoni:
—
tipprevedi li tali motiv ta’ rifjut ma jistax jintuża f’sitwazzjonijiet li fihom ċirkustanzi partikolari jirrendu oġġettivament skużabbli l-preżentazzjoni tardiva tal-ewwel applikazzjoni;
—
tipprevedi li l-persuni kkonċernati jiġu informati b’mod sħiħ bil-konsegwenzi tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ewwel applikazzjoni tagħhom u bil-miżuri li huma għandhom jieħu sabiex jinvokaw b’mod effikaċi d-dritt tagħhom għal riunifikazzjoni tal-familja, u
—
tiggarantixxi li l-isponsors irrikonoxxuti bħala refuġjati jkomplu jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet iktar favorevoli għall-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja applikabbli għar-refuġjati, stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 jew fl-Artikolu 12(2) tal-imsemmija direttiva.
(1) ĠU C 300, 11.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy