11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Presidenza del Consiglio dei Ministri vs Fallimento Traghetti del Mediterraneo SpA
(Kawża C-387/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida - Klassifikazzjoni - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikolu 1(b)(iv) u (v) - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Applikabbiltà - Sussidji mogħtija qabel il-liberalizzazzjoni ta’ suq inizjalment magħluq għall-kompetizzjoni - Azzjoni għad-danni kontra l-Istat Membru mressqa minn kompetitur tal-kumpannija benefiċjarja))
(2019/C 93/13)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Presidenza del Consiglio dei Ministri
Konvenuta: Fallimento Traghetti del Mediterraneo SpA
Dispożittiv
1)
Is-sussidji mogħtija lil impriża qabel id-data ta’ liberalizzazzjoni tas-suq ikkonċernat, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala għajnuna eżistenti unikament minħabba assenza formali ta’ liberalizzazzjoni tal-imsemmi suq fil-mument tal-għoti tagħhom, sakemm dawn is-sussidji setgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn Stati Membri u joħolqu distorsjoni jew jheddu li joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
2)
L-Artikolu 1(b)(iv) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [108 TFUE] għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Sa fejn is-sussidji inkwistjoni fil-kawża prinċipali ngħataw bi ksur tal-obbligu ta’ notifika minn qabel stabbilit fl-Artikolu 93 tat-Trattat KEE, l-entitajiet statali ma jistgħux jinvokaw il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn azzjoni għad-danni kontra l-Istat Membru titressaq minn kompetitur tal-kumpannija benefiċjarja, il-prinċipju ta’ ċertezza legali ma jippermettix li jiġi impost fuq ir-rikorrent, permezz ta’ applikazzjoni b’analoġija, terminu ta’ preskrizzjoni bħal dak stabbilit fl-Artikolu 15(1) ta’ dan ir-regolament.
(1) ĠU C 338, 9.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy