11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Proċedura mibdija minn “Paysera LT” UAB, li qabel kienet “EVP International” UAB
(Kawża C-389/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Aċċess għall-attività tal-istabbilimenti ta’ flus elettroniċi - Direttiva 2009/110/KE - Artikolu 5(2) u (3) - Regoli fil-qasam ta’ fondi proprji - Fondi proprji meħtieġa għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi - Kunċett ta’ “attività marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi” - Ħruġ tal-flus elettroniċi favur il-bejjiegħ bil-valur nominali tal-fondi rċevuti))
(2019/C 93/14)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Paysera LT” UAB, li qabel kienet “EVP International” UAB
Fil-preżenza ta’: Lietuvos bankas
Dispożittiv
L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li servizzi pprovduti minn stabbilimenti ta’ flus elettroniċi fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxu attivitajiet marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk dawn is-servizzi jwasslu għall-ħruġ jew għar-rimbors ta’ flus elettroniċi fil-kuntest tal-istess tranżazzjoni unika ta’ ħlas.
(1) ĠU C 309, 18.9.2017
Full & Egal Universal Law Academy