9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen — il-Belġju) — proċeduri kriminali kontra Freddy Lucien Magdalena Kirschstein, Thierry Frans Adeline Kirschstein
(Kawża C-393/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “prattiki kummerċjali” - Direttiva 2006/123/KE - Servizzi fis-suq intern - Dritt kriminali - Skemi ta’ awtorizzazzjoni - Edukazzjoni ogħla - Diploma li tagħti l-lawrja ta’ “master” - Projbizzjoni ta’ għoti ta’ ċerti lawrji mingħajr awtorizzazzjoni)
(2019/C 305/03)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Antwerpen
Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali
Freddy Lucien Magdalena Kirschstein, Thierry Frans Adeline Kirschstein
fil-preżenza ta’: Vlaamse Gemeenschap
Dispożittiv
1)
Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tapplikax għal leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi pieni kriminali għal persuni li, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti, jagħtu lawrja ta’ “master”.
2)
L-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, moqri flimkien mal-Artikoli 9 u 10 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi pieni kriminali għal persuni li, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti, jagħtu lawrja ta’ “master”, sakemm ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfatti għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għall-għoti ta’ din il-lawrja jkunu kompatibbli mal-Artikolu 10(2) ta’ din id-direttiva, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 300, 11.09.2017