10.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-12 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige Rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – Profit Europe NV vs Belgische Staat
(Kawżi magħquda C-397/17 u C-398/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi 7307 11 10, 7307 19 10 u 7307 19 90 - Aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet minn forma, magħmula mill-ħadid fondut tal-grafit sferojdali))
(2018/C 319/13)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Nederlandstalige Rechtbank van eerste aanleg Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Profit Europe NV
Konvenuta: Belgische Staat
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet minn forma, magħmula mill-ħadid fondut tal-grafit sferojdali, għandhom jiġu kklassifikati fis-subintestatura 7307 19 90 tagħha.
(1) ĠU C 300, 11.9.2017
Full & Egal Universal Law Academy