7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – proċedura mressqa minn “Roche Lietuva” UAB
(Kawża C-413/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għall-provvista ta’ materjal u ta’ apparat mediku ta’ djanjosi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 42 - Għoti - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-awtorità kontraenti - Formulazzjoni ddettaljata tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi)
(2019/C 4/06)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Aukščiausiasis Teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
“Roche Lietuva” UAB
fil-preżenza ta’: Kauno Dainavos poliklinika VšĮ
Dispożittiv
L-Artikoli 18 u 42 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jimponux lill-awtorità kontraenti, fl-iffissar tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ sejħa għal offerti li tirrigwarda l-akkwist ta’ provvisti mediċi, tinvoka, bħala prinċipju, jew l-importanza tal-karatteristiċi individwali tal-apparat mediku, jew l-importanza tar-riżultat tal-funzjonament ta’ dan l-apparat, iżda jeħtieġu li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fit-totalità tagħhom, josservaw il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk, fil-kawża adita biha, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi inkwistjoni jissodisfawx dawn ir-rekwiżiti.
(1) ĠU C ##, ##.