11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Jannar 2019 – Deza, a.s. vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, Ir-Renju tad-Danimarka, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Ir-Renju tal-Isvezja, Ir-Renju tan-Norveġja
(Kawża C-419/17 P) (1)
((Appell - Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) - Anness XIV - Stabbiliment ta’ lista tas-sustanzi suġġetti għal awtorizzazzjoni - Inklużjoni fil-lista ta’ sustanzi identifikati bil-ħsieb li jiġu inklużi fl-Anness XIV - Aġġornament tal-inklużjoni tas-sustanza Bis (2 etileżil) ftalat (DEHP) fil-lista - Żbalji ta’ interpretazzjoni u ta’ applikazzjoni tar-Regolament REACH u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali - Żnaturament tal-fatti u tal-provi - Portata tal-istħarriġ))
(2019/C 93/15)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Appellanti: Deza, a.s. (rappreżentant: P. Dejl, advokát)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: W. Broere, N. Herbatschek u M. Heikkilä, aġenti, assistiti minn M. Procházka u M. Mašková, advokáti), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: J. Nymann-Lindegren u M. Wolff, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, H. Shev u L. Zettergren, aġenti), Ir-Renju tan-Norveġja.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Deza, a.s. hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).
3)
Ir-Renju tad-Danimarka u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 293, 4.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy