8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Den Haag — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staat der Nederlanden vs Warner-Lambert Company LLC
(Kawża C-423/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Artikolu 11 - Prodotti mediċinali ġeneriċi - Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - Esklużjoni ta’ riferimenti li jirreferu għal indikazzjonijiet jew għal forom ta’ dożaġġ li għadhom protetti mid-dritt tal-privattivi fil-mument meta l-prodott mediċinali ġeneriku tqiegħed fis-suq)
(2019/C 131/07)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof Den Haag
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staat der Nederlanden
Konvenuta: Warner-Lambert Company LLC
Dispożittiv
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-komunikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti mill-applikant jew mid-detentur ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali ġeneriku tal-fuljett tal-pakkett jew ta’ sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott ta’ dan il-prodott mediċinali li ma tinkludix riferiment għal indikazzjonijiet jew għal forom ta’ dożaġġ li kienu għadhom koperti mid-dritt tal-privattivi fil-mument meta l-imsemmi prodott mediċinali kien tqiegħed fis-suq tikkostitwixxi talba għal limitazzjoni tal-kamp tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali ġeneriku inkwistjoni.
(1) ĠU C 318, 25.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy